Il-Bulgarija tinsab fuq l-għatba taż-żona tal-euro
Il-Bulgarija se jkollha opinjoni, vuċi u vot.
Il-Bulgarija se tidħol fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2026.. Dan huwa tragward storiku għall-pajjiż u opportunità sinifikanti għan-nies u għan-negozji madwar iż-żona tal-euro. It-tranżizzjoni se twassal għal stabbiltà ekonomika akbar, tranżazzjonijiet aktar faċli u integrazzjoni aktar b’saħħitha madwar l-Ewropa. Għall-Bulgarija, l-adozzjoni tal-euro se tgħin biex tibni pedament aktar b’saħħtu għal tkabbir u r-reżiljenza fit-tul.
Bidla tista’ ġġib magħha mistoqsijiet u tħassib. Madankollu, il-BĊE u l-awtorità nazzjonali qegħdin jaħdmu mill-qrib ma’ xulxin biex jiżguraw li t-tranżizzjoni tkun bla intoppi għal kulħadd, b’ippjanar attent u b’fokus qawwi fuq l-istabbiltà tal-prezzijiet.
Rata ta’ konverżjoni
BGN 1.95583 = EUR 1
Skambju tal-lev Bulgaru għall-euro
Fil-banek kummerċjali u fl-uffiċċji postali
Tista’ tibdel il-karti tal-flus u l-muniti tal-lev Bulgaru għall-euro mingħajr ħlas fil-banek kummerċjali u f’ċerti uffiċċji postali fil-Bulgarija sat-30 ta’ Ġunju 2026. Wara din id-data, il-banek kummerċjali u l-uffiċċji postali se jkomplu joffru dan is-servizz mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2026, iżda jistgħu jitolbu tariffa.
Għal tranżazzjonijiet uniċi ta’ aktar minn BGN 30,000, trid tinnotifika lill-bank kummerċjali mill-inqas tlett ijiem ta’ negozju bil-quddiem. Fl-uffiċċji postali, il-limitu ta’ skambju ta’ kuljum huwa ta’ BGN 10,000 għal kull individwu. Madankollu, għal tranżazzjonijiet individwali ta’ aktar minn BGN 1,000, trid tinforma lill-uffiċċju postali minn tliet ijiem sa ħamest ijiem ta’ negozju bil-quddiem.
Fil-Bank Nazzjonali Bulgaru
Tista’ tibdel il-karti tal-flus u l-muniti tal-lev Bulgaru għall-euro fil-Bank Nazzjonali Bulgaru b’mod indefinit u mingħajr ħlas. Dan is-servizz huwa disponibbli fl-uffiċċju prinċipali f'Sofija kif ukoll fl-uffiċċji territorjali tal-Cash Service Company AD f'Sofija, Plovdiv, Burgas, Varna u Pleven. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tal-Bank Nazzjonali Bulgaru u l-FAQ tiegħu dwar l-adeżjoni maż-żona tal-euro (disponibbli bil-Bulgaru biss).
F’banek ċentrali nazzjonali oħra taż-żona tal-euro
Mill-1 ta’ Jannar sat-2 ta’ Marzu 2026, il-banek ċentrali nazzjonali l-oħrajn taż-żona tal-euro (BĊNi) se jibdlu l-karti tal-flus tal-lev Bulgaru mingħajr ħlas, bir-rata tal-kambju fissa. L-ammont hu limitat għal BGN 2,000 għal kull persuna/transazzjoni f’jum wieħed.
Lista tal-BĊNi taż-żona tal-euro Karti tal-flus li jikkwalifikaw għat-tisrifIżjed dettalji jinsabu fil-Linja Gwida tal-BĊE, BĊE/2006/10 tal-24 ta' Lulju 2006 dwar it-tisrif tal-karti tal-flus wara l-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro.
- 8 ta' Lulju 2025
-
Il-Kunsill tal-UE japprova l-adeżjoni tal-Bulgarija maż-żona tal-euro.
- 8 ta' Awissu 2025
-
Il-prezzijiet jintwerew kemm f'lev kif ukoll f'euro għal perjodu ta' sena.
- 1 ta' Novembru 2025
-
Il-bidu tal-forniment minn qabel u s-subforniment minn qabel tal-flus kontanti tal-euro lill-banek kummerċjali.
- 1 ta' Diċembru 2025
-
Is-subforniment minn qabel ta' kits tal-bidu tal-muniti tal-euro għan-negozji u l-pubbliku.
- 1 ta' Jannar 2026
-
L-euro jiġi introdott u l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro jibdew jiċċirkolaw. Għal xahar, kemm il-lev kif ukoll il-flus kontanti tal-euro jistgħu jintużaw għall-pagamenti.
Il-kontijiet bankarji tal-lev jinqelbu awtomatikament f’euro.
Il-karti tal-flus u l-muniti lev jistgħu jiġu skambjati mingħajr ħlas għall-euro f’banek kummerċjali, f’ċerti uffiċċji postali u fil-Bank Nazzjonali Bulgaru.
- 1 ta' Frar 2026
-
Il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro jsiru l-unika valuta legali
- 30 ta' Ġunju 2026
-
Il-banek kummerċjali u l-uffiċċji tal-posta jistgħu jibdew jitolbu tariffi għall-kambju tal-karti tal-flus u l-muniti lev.
- 1 ta' Jannar 2027
-
Il-banek kummerċjali u l-uffiċċji postali ma jibqgħux obbligati li jibdlu l-karti tal-flus u l-muniti lev.
- L-ebda skadenza
-
Il-karti tal-flus u l-muniti lev jistgħu jiġu skambjati b’mod indefinit, mingħajr limiti u mingħajr ħlas fil-Bank Nazzjonali Bulgaru.
Aqra aktar